Wednesday, August 13, 2025

‘Għandna tim li jista’ jikkompeti għall-post mal-ewwel erbgħa u jikseb il-promozzjoni … stennew sorpriżi dan l-istaġun’ – Sam Walker

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Naħseb li meta rajt lil Michael Owen meta kelli madwar 3-4 snin, kien jilgħab ma’ Liverpool dak iż-żmien.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Ta Xbiex SC.

Ngħid li aħna lkoll qrib ħafna ta’ xulxin, bħal familja kif jgħidu xi wħud. Jien grat ħafna għall-opportunità li tawni għax dejjem ħassejt li qatt ma kelli ċ-ċans li nipprova t-talent tiegħi fil-grawnd.

X’tikkummenta dwar l-andament tat-tim matul l-istaġun li għadda?

Għamilna titjib. Inħoss li għad għandna ħafna x’nippruvaw, speċjalment f’dan il-kampjonat. Imma kollox għadu xogħol li għadu għaddej.

X’inhuma t-tragwardi tagħkom għall-istaġun li ġej?

Kull staġun l-għan tagħna jkun dak li nirbħu l-kampjonat, imma nista’ ngħid bis-sħiħ li għandna tim li jista’ jikkompeti għall-post mal-ewwel erbgħa u jikseb il-promozzjoni. Stennew sorpriżi dan l-istaġun!

Kif tqis il-livell attwali tal-futbol f’pajjiżna?

Inħoss li qed javvanza fil-livell, meta wieħed iqis li l-filosofiji huma kollha differenti għal kull klabb, jippruvaw jimplimentaw pjanijiet B u C għal kull naħa li jiffaċċjaw, u dan jagħti l-kompetittività u vantaġġ żejjed f’kull kampjonat.

U xi ngħidu dwar ir-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

Ngħid li qed inlaħħqu meta nqisu li nitħarrġu fi grawnds differenti għal kull ftit sessjonijiet, iżda ħafna klabbs oħra jittrattaw l-istess kwistjoni, xi wħud lanqas biss fil-kampjonat tagħna – iżda barra minn hekk ngħid li hija bbilanċjata meta wieħed iqis iċ-ċirkostanzi.

Kif tqis il-mentalità attwali tal-isport f’pajjiżna?

Inħoss li nistgħu nimbuttaw aktar, rajt pereżempju fil-livell tal-youths bl-MFA qed nimbuttaw lill-plejers biex imorru jilagħbu barra minn pajjiżhom u jifhmu filosofiji differenti tal-logħba sabiħa u se jerġgħu lura biss bħala plejers aħjar. Dan jgħodd ukoll għall-Ewwel Tim – bħal Yannick Yankam, issa Paul Mbong, Alex Satariano eċċ.

Kif qed tara l-futur tiegħek fil-futbol?

Inħoss li hija ħaġa sabiħa, kif għidt jien grat għall-opportunità li nilgħab u ma nara l-ebda sinjal li se jonqos dalwaqt.

Għaddi messaġġ finali lil dawk li jixtiequ jagħmlu karriera ta’ suċċess fil-futbol.

L-aħħar messaġġ tiegħi għal dawk li jixtiequ karriera ta’ suċċess fil-futbol, sempliċement ibqgħu tħarrġu u ibqgħu passjonati. Żommu widnejkom miftuħa għall-pariri u dejjem ftakru li tieħdu gost!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport