Wednesday, July 24, 2024

Għaqda Banda Żejtun tħabbar ir-ritorn tagħha fil-Karnival wara 20 sena

Aqra wkoll

Hekk kif kulħadd għadu għaddej bl-ikliet tal-festi tal-Ewwel tas-Sena, mhux l-istess jista’ jingħad għad-delettanti tal-Karnival li ilhom xhur li bdew jaħdmu fuq il-karrijiet tagħhom.

Waħda mill-għaqdiet li se tkun qed tirritorna fil-Karnival ta’ Malta hija l-Għaqda Banda Żejtun li fuq il-midja soċjali qalet li se terġa’ tieħu sehem bil-banda wara 20 sena filwaqt li bil-karru wara 25 sena.

Din is-sena t-tema tal-Għaqda Banda Żejtun huma Molly l-Farfett u Kalang il-Gabillott. Kitbu li Kalang il-Gabillot kull fejn ikun dejjem itambar kemm hu sabiħ li nħarsu l-ambjent ta’ madwarna u kemm jista’ jkun inħarsu l-flora u fawna…. Dan jagħmlu popolari ferm mhux biss mal-ambjentalisti, iżda wkoll mal-fjuri, l-instetti u fosthom ma’ Molly li hija r-reġina tal-friefet.

Huma rringrazzjaw lil dawk kollha li qegħdin jgħinu biex wara dawn is-snin kollha l-Għaqda Banda Żejtun tirritorna fil-Karnival ta’ Malta.

Ekonomija

Sport