Grupp ta’ 23 għaqda qed jappellaw kontra l-perċezzjoni li l-użu tal-kannabis f’pajjiżna huwa “free for all”.
Fi stqarrija huma qalu li l-iżviluppi riċenti madwar il-ħatra ta’ Chairperson Eżekuttiv ġdid tal-Awtorità tal-Kannabis jikkonfermaw ir-riżervi qawwija tagħhom li l-Gvern daħħal leġiżlazzjoni b’impatt kbir fuq is-soċjetà b’mod mgħaġġel u mingħajr ma ħoloq strutturi effettivi biex il-liġi tiġi implimentata.
Huma qegħdin isostnu li sena wara li ġiet approvata l-liġi, il-perċezzjoni li l-użu tal-kannabis fis-soċjetà “free for all” żdiedet b’mod drammatiku filwaqt li jispikka n-nuqqas tal-istrutturi kkontemplati mil-liġi biex jirregolaw.
Intant huma awguraw li l-Awtorità tal-Kannabis tingħata r-riżorsi meħtieġa biex tiżviluppa l-istrutturi xierqa biex tirregola settur daqshekk sensittiv b’mod li jipproteġi l-interessi tal-membri l-aktar vulnerabbli tas-soċjetà, partikolarment it-tfal u ż-żgħażagħ.
It-23 għaqda firmatarji huma:
- Caritas Malta Malta
- Association of Psychiatry
- Fondazzjoni OASI
- Maltese Association of Social Workers
- Richmond Foundation
- Kamra tal-Ispiżjara
- Malta Employers Association
- Secretariat for Catholic Education
- Anti poverty Forum
- Church Schools Association
- Alleanza Kontra l-Faqar
- Independent Schools Association
- Gozo Tourism Association
- Karl Vella Foundation
- Gozo Business Chamber
- Dar Osanna Pia
- Dar Tal-Providenza
- Fondazzjoni Paolo Freire
- Millenium Chapel
- St Jeanne Antide Foundation
- Dar Merħba Bik
- Kummissjoni Ġustizzja u Paci
- Fondazzjoni Sebħ