Saturday, November 16, 2024

“Għarfien tal-ħidma mwettqa għall-ġid tar-residenti”

Il-President tal-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali Mario Fava dwar il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika mogħtija lill-Assoċjazzjoni

Aqra wkoll

“L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali hi onorata li ġiet rikonoxxuta b’dan il-ġieħ għaliex ifisser li hemm għarfien tax-xogħol li hija tagħmel mhux biss mal-Kunsilliera u s-sindki imma wkoll għall-ġid tar-residenti.”

Qal dan il-President tal-AKL Mario Fava f’kummenti li ta lil dan il-ġurnal wara li l-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali ġiet rikonoxxuta għall-ħidma tagħha waqt iċ-ċerimonja tal-għoti tal-midalji u unuri f’Jum ir-Repubblika.

Is-Sur Fava stqarr li l-prinċipji u l-valuri li jiggwadawhom dejjem kienu l-ħarsien tad-demokrazija lokali, il-parteċipazzjoni attiva tar-resident fit-teħid tad-deċiżjonijiet kif ukoll il-kwalità tal-ħajja tar-residenti. 

“Dan jidher li ġie apprezzat u ta’ dan aħna grati. Dan huwa unur ta’ dawk kollha li tul is-snin ħadmu u taw is-sehem tagħhm anki fit-twaqqif tal-Assoċjazzjoni 30 sena ilu. Nies bħal Joe Cassar, Joe Attard, Jason Micallef u oħrajn, flimkien mal-membri tal-Eżekuttivi differenti li servew matul is-snin. Dan l-unur huwa ċertament iddedikat lilhom ukoll,” qal is-Sur Fava.

“Apprezzemant imur ukoll lil min innomina lill-Assoċjazzjoni kif ukoll l-Uffiċċju tal-Kabinett fi ħdan l-Uffiċċju tal-Prim Ministru li fehmu x-xogħol tajjeb li qed nagħmlu. Niddedikah ukoll imma b’mod partikolari lir-residenti kollha fl-ibliet u l-irħula tagħna, li wara kollox huma r-raġuni li aħna ninsabu hawn.”

L-Assoċjazzjoni tal-Kunsilli Lokali twaqqfet b’leġiżlazzjoni sussidjarja fl-1994 bħala parti mill-Att għall-Gvern Lokali. Minn żmien għal żmien il-funzjonijiet tagħha ġew aġġornati permezz ta’ regolamentazzjoni maħsuba biex isservi aħjar lill-Kunsilli Lokali u Reġjonali li tirrappreżenta.

L-Assoċjazzjoni hija għodda importanti għall-governanza u tmexxija trasparenti fuq livell lokali u reġjonali. Il-pożizzjoni tagħha tesponiha għall-isfidi u r-realtajiet li jaffaċċjaw il-Kunsilli Lokali u l-lokalitajiet. Bis-saħħa t’hekk, hija għandha l-aħjar għarfien tal-bżonnijiet tal-komunitajiet u n-nies li jgħixu fihom. 

Il-viżjoni komuni għall-Gvern Lokali “Ir-Resident l-Ewwel – Għall-Kwalità ta’ Ħajja Aħjar (2019) tiġbor fiha l-aspirazzjonijiet u l-prijoritajiet tal-Assoċjazzjoi favur lokalitajiet attraenti, vibranti u b’saħħithom. Iġġib flimkie partijiet ikkonċernatii differenti sabiiex jaħdmu flimkien għal kwalità ta’ ħajja aħjar fl-ibliet u l-irħula Maltin.

L-Assoċjazzjoni tassigura kollaborazzjoni, konsultazzjoni u kordinament effettiv fil-livelli kollha tal-politika f’dak kollu li jaffettwa t-tħaddim tad-demokrazija u l-parteċipazzjoni attiva tar-residenti. 

Ekonomija

Sport