Friday, December 26, 2025

Għargħar kbir f’California jħalli 3 persuni mejtin

Aqra wkoll

Xita qawwija kkważat għargħar f’California fl-Istati Uniti fejn mill-inqas 3 persuni tilfu ħajjithom.

Konsegwenza ta’ dan l-għargħar aktar minn 100,000 persuna spiċċaw mingħajr elettriku u ma kellhomx biex isaħħnu djarhom.

Il-Gvernatur tal-Istat ta’ California Gavin Newsom iddikjara stat ta’ emerġenza.

Uffiċjali tas-sigurtà qalu li wieħed mill-vittmi hu raġel ta’ 64 sena li tilef ħajtu hekk kif siġra waqgħet fuqu, filwaqt li anzjan ieħor ta’ 74 sena miet hekk kif il-karozza li kien fiha tkaxkret mill-ilmijiet.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport