Wednesday, May 21, 2025

“Għas-sigurtà taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin il-Gvern kien deċiżiv li dan il-bastiment ma jitħalliex jidħol f’pajjiżna”

- il-Prim Ministru Robert Abela fil-Parlament

Aqra wkoll

Waqt li għamel stqarrija ministerjali fil-Parlament l-Erbgħa filgħaxija, il-Prim Ministru Robert Abela ta rendikont tal-aħħar żviluppi dwar il-kwistjoni tal-bastiment ‘Conscience’, is-summit tal-EPC li attenda f’Tirana, l-Albanija, u ż-żjara uffiċjali li kellu fil-Ġordan. 

Dwar il-‘Conscience’, il-Prim Ministru  irrimarka li din il-kwistjoni issa hi magħluqa b’mod definittiv. Ingħad li dan wara li fil-bidu ta’ dan ix-xahar il-bastiment spiċċa f’diffikultajiet ’il barra mill-ibħra territorjali Maltin wara nirien li ħakmu l-poppa tiegħu.   

Dr Abela spjega li, għas-sigurtà taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, il-Gvern mill-bidu kien deċiżiv li dan il-bastiment mingħajr bandiera ma jitħalliex jidħol f’pajjiżna.  

Il-Prim Ministru tenna li dan sar bis-saħħa tar-relazzjoni tajba u b’saħħitha bejn Malta u t-Turkija.  Kien hawn fejn irrimarka li dan il-Gvern żamm kuntatt kostanti mal-Ambaxxatur Palestinjan f’pajjiżna u kien kompletament favur il-pożizzjoni li ħa l-Gvern għall-interess tal-pajjiż.  

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport