Il-Brażil irrapporta 1,473 imwiet kaġun tal-Covid-19 ilbieraħ, l-ogħla rata ta’ mwiet reġistrati fil-pajjiż f’24 siegħa mindu bdiet il-pandemija.
Iċ-ċifra tfisser li kien hemm aktar minn fatalità kull minuta kaġn tal-virus, bil-pajjiż issa jkollu t-tielet l-ogħla rata ta’ mwiet minn perspettiva globali.
Il-ġurnata tal-bieraħ kienet it-tielet waħda konsekuttiva fejn l-imwiet fil-pajjiż laħqu livelli rekord.
S’issa aktar minn 34,000 persuna fil-Brażil kienu reġistrati bħala li mietu bil-Covid-19. Dan ipoġġiha saħansitra qabel l-Italja, bl-Istati Uniti u r-Renju Unit biss li jirreġistraw numru akbar ta’ mwiet.