Monday, May 13, 2024

Għawdex fuq quddiem nett tal-politika tal-Gvern

- Il-Prim Ministru Rober Abela

Aqra wkoll

Dwar Għawdex meta kien qiegħed jindirizza laqgħa politika fi Pjazza San Franġisk, il-Prim Ministru qal: “Serrħu raskom li Għawdex se jibqa’ fuq quddiem nett tal-politika tagħna”.

Irrefera għaż-żjarat li għamel f’Għawdex fl-aħħar jiem, fosthom meta żar is-6th Form fejn qal li jispikka s-sens ta’ identità qawwija, b’sens ta’ kburija fil-gżira u l-konvinzjoni ta’ x’Għawdex irridu.

Dr Abela qal li waqt li kien qiegħed jitkellem mal-istudenti Għawdxin urew diversi xewqat li “Nħoss li qegħdin riflessi fl-istrateġija li nedejna għal Għawdex ftit tal-ġimgħat ilu. Għawdex, gżira ta’ villaġġi. Għal wisq żmien il-potenzjal ta’ Għawdex kien imwarrab. Gżira fejn il-proporzjon ta’ gradwati kien id-doppju tal-medja nazzjonali, imma fejn ma kienx hawn xogħol. Dak issa solvejnieh.

“F’għaxar snin irduppjajna l-ammont ta’ Għawdxin impjegati f’Għawdex stess mas-settur privat. Irnexxielna Illum hawn ħames darbiet aktar Għawdxin jaħdmu fis-servizzi professjonali, fl-IT, fil-gaming u fis-settur finanzjarju. Issa l-pass li jmiss li Għawdex isir il-mudell tal-prosperità l-ġdida. Il-mutur tal-qalba diġitali u ambjentali ta’ pajjiżna”.

Sport