Sunday, November 24, 2024

Għawdex ixxokkjat bil-mewt ta’ Mons. Pawlu Cardona

Aqra wkoll

Għawdex qam maħsud hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Monsinjur Pawlu Cardona, li kien Arċipriet tal-Bażilika ta’ San Ġorġ bejn l-2007 u l-2016. Huwa miet fl-età ta’ 70 sena, fl-4.15am, fl-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Dun Pawl ilu għal dawn l-aħħar seba’ snin Delegat tal-Isqof għall-Kleru. Huwa qeda diversi ministeri fil-Knisja, l-ewwel bħala Kappillan fid-Djoċesi ta’ Ruma għal tletin sena, imbagħad aktar tard bħala Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Ġorġ fil-Belt Victoria u bħala Rettur tal-Knisja ta’ Santa Luċija.

Huwa kien ukoll is-suċċessur tal-Qaddej ta’ Alla Guglielmo Giaquinta bħala Superjur Ġenerali tal-Istitut Sekulari Apostolici Sodales (Pro Sanctitate).

Mons. Cardona jibqa’ mfakkar għal qalb tajba li kellu fejn kien jitkellem u jipprofa jfarraġ lil kulħadd. Hu kien jagħmel ħafna karità fis-silenzju.

Id-dettalji tal-funeral tiegħu se jkunu qegħdin jitħabbru aktar tard mid-Djoċesi ta’ Għawdex, mill-Paroċċa ta’ Sannat fejn kien jgħix u anke mill-Parroċċa ta’ San Ġorġ.

Sport