Raġel ta’ 69 sena residenti l-Qala Għawdex ittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura.
Dan wara li aktar kmieni, għall-ħabta tat-8:00 a.m., kien involut f’inċident tat-traffiku fi Triq Santa Margherita fis-Siġġiewi.
Minn informazzjoni li kiseb dan is-sit jirriżulta li seħħ inċident bejn karozza li kienet qed tinstaq minn raġel residenti ż-Żurieq u rota misjuqa mill-vittma.
Sa issa l-kundizzjoni għadha mhix magħrufa. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.