Saturday, December 21, 2024

Għawdxi mixli li attakka u darab ħafif lil tliet uffiċjali tal-pulizija

Aqra wkoll

Raġel ta’ 28 sena miż-Żebbuġ Għawdex ilbieraħ tressaq quddiem il-Maġistrat Dr Bridgette Sultana LL.D il-Qorti t’Għawdex. 

Huwa ġie akkużat li l-jum ta’ qabel — is-27 ta’ Marzu — wettaq għadd ta’ reati waqt li kien jinsab ir-Rabat Għawdex: theddid, reżistenza mill-arrest, li attakka kif ukoll darab ħafif lil żewġ kuntistabbli u surġent, li kien fil-pussess tad-droga kokaina u li kiser il-paċi pubblika.

Ir-raġel wieġeb li hu ħati tal-akkużi miġjuba kontrih. Huwa ġie kkundannat 12-il xahar ħabs sospiżi għal sena, kif ukoll weħel multa ta’ €4,000.

Il-prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci. 

Ekonomija

Sport