Thursday, December 26, 2024

Għawdxi mixli li tajjar mara u baqa’ sejjer

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Raġel ta’ 61 sena minn Għajnsielem kien mixli li tajjar mara ta’ 47 sena u baqa’ sejjer.

L-inċident kien seħħ fl-20 ta’ Ottubru, għall-ħabta tas-1.10 p.m. fl-Imsida, bir-rapport tal-Pulizija jgħid li wara li ntlaqtet l-mara baqgħet titkaxar u l-vettura baqgħet sejra.

Ir-raġel, identifikat bħala Mario Muscat, kien arrestat u tressaq quddiem il-Maġistrat Nadine Lia fejn kien mixli li b’sewqan traskurat ikkaġuna ġrieħi gravi lil Lucianne Mizzi.

Huwa wieġeb ħati u ngħata l-ħelsien mill-arrest taħt diversi kundizzjonijiet fosthom depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €2,000.

Il-prosekuzzjoni f’dan il-każ qed titmexxa mill-Ispettur Jonathan Ransley waqt li l-Avukat Joseph Giglio qed jiddefendi lil Muscat.

Ekonomija

Sport