L-għawwiem Adam Peaty se jkollu jieqaf ftit mill-attivita’ sportiva tiegħu minħabba kwistjoni ta’ saħħa mentali. Minkejja kollox, hu qed jittama li jkun lest sabiex jieħu sehem fil-Logħob Olimpiku ta’ Pariġi.
Peaty hu leġġenda sportiva fl-Ingilterra hekk kif rebaħ tliet darbiet il-midalja tad-deheb Olimpika u tmien darbiet champion tad-dinja.
F’intervista li ta ma’ gazzetta Brittanika, Peaty ammetta li jinsab għajjien mentalment u saħansitra qed jiddejjaq jgħum. Madankollu hu se jaħdem sabiex ikun aktar pożittiv anke bl-għajnuna tal-psikologu tiegħu.