Il-parteċipazzjoni tal-għawwiema Maltin fl-iSlovakia Swimming Cup spiċċat il-Ħadd b’aktar riżultati pożittivi.
Fit-tielet jum ta’ kompetizzjoni, Andrea Mallia kiseb ir-rekord nazzjonali tax-Short Course fl-avveniment Irġiel 200m Breaststroke b’ħin ta’ 02:19.45. Andrea tejjeb ir-rekord preċedenti tiegħu ta’ 02:20.04 li kien kiseb f’Diċembru 2021, ġewwa Dublin.
Il-parteċipazzjoni ta’ Malta fl-iSlovakia rat total ta’ 58 ħinijiet personal best reġistrati bi kważi l-għawwiema kollha jikkwalifikaw għas-semi-finali, kif ukoll avvenimenti finali fid-dixxiplini speċifiċi tagħhom.
L-iskwadra Maltija se tirritorna Malta nhar it-Tnejn wara nofsinhar.