Is-Sibt ġie fit-tmiem l-għawm artistiku li fih saru 10 avvenimenti u hawnhekk kienu l-għawwiema Ċiniżi li spiċċaw fil-quċċata tal-midalji meta rebħu erbgħa tad-deheb u tnejn tal-bronż.
Warajhom jiġu l-Ukrajna, bi tnejn tad- deheb u ħamsa tal-fidda, il-Ġappun bi tnejn tad-deheb, erbgħa tal-fidda u waħda tal-bronż, l-Italja bi tnejn tad-deheb, waħda tal-fidda u tnejn tal-bronż, l-Awstrija u l-Greċja bi tnejn tal-bronż kull wieħed u Spanja b’waħda tal-bronż.
Iż-żewġ għawwiema li kisbu l-ikbar suċċess kienu t-tewmin Wang Liuyi u Wang Qianyi, li rebħu d-Duet technical u d-Duet free routine kif ukoll tnejn oħra bħala parti mit-Team technical u mit-Team Free routine.
Il-Ġappuniża Yukiki Inui rebħet tnejn individwali fis-Solo technical routine u fis-Solo free routine.
Anke t-tewmin Ukreni, Maryna u Vladyslava Aleksliva, kellhom kampjonat mill-aqwa meta rebħu żewġ midalji tal-fidda mat-timijiet kif ukoll tlieta tal-fidda, tnejn fid-dwetti u oħra mat-timijiet.
Il-koppja Taljana ffurmata minn Giorgio Minisini u Lucrezia Ruggiero, kisbu suċċess doppju meta spiċċaw fl-ogħla tarġa tal-podju darbtejn, fil-Mixed Duet technical routine u fil-Mixed Duet free routine.
Din id-dixxiplina kienet imtappna bl-inċident kważi fatali tal-għawwiema tal-Istati Uniti, Anita Alvarez, li fit-tmiem ta’ waħda mill-wirjiet tagħhom kienet kważi għerqet iżda ġiet salvata biex ma ħaditx sehem fl-avveniment tal-Ġimgħa fuq ordni tal-FINA.