Florian Wellbrock m’għandu l-ebda buttuna li tintefa! Ġranet biss wara li kkompeta fl-avvenimenti tal-għawm tat-800m u tal-1500m, u għen lill-Ġermanja biex tikseb id-deheb fir-relay fl-ilma miftuħ tal-4x1500m, ilbieraħ iċ-champion Olimpiku tal-għawm tal-maratona rebaħ it-titlu tal-5km tal-irġiel f’52:48.8 minuti.
Huwa kien tliet sekondi qabel, it-Taljan Gregorio Paltrinieri, li spiċċa fil-ħin ta’ 52:52.7 biex żied midalja tal-fidda ma’ dik tal-bronż li rebaħ fir-relay tal-Ħadd, flimkien mad-deheb li rebaħ fl-għawma maratona tal-1500m freestyle.
Mykhailo Romanchuk, li aktar kmieni din is-sena aċċetta stedina biex jitħarreġ ma’ Wellbrock fil-Ġermanja minħabba l-kunflitt fl-Ukrajna, rebaħ il-midalja tal-bronż fil-ħin ta’ 53:13.9.
Tmiem mill-aqwa! Wara kważi siegħa għawm f’temperatura ta’ 34°C, il-Brażiljana Ana Marcela Cunha kisbet ir-rebħa bil-ħniena fl-avveniment tal-5km fl-ilma miftuħ tan-nisa.
Iċ-champion Olimpika renjanti spiċċat fil-ħin ta’ 57:52.90 minuti, 0.9s biss aktar veloċi mill-qalbiena Franċiża, Aurelie Muller, li rebħet il-midalja tal-fidda f’57:53.8 Franza.
Il-bronż intrebħet mit- Taljana, Guilia Gabbrielleschi, fil-ħin ta’ 57:54.9, li jiġu żewġ sekondi lura.
B’hekk Cunha kabbret ir-rekord tagħha bħala l-aktar għawwiema femminili dekorata fl-ilma miftuħ fl- istorja tal-kampjonati mondjali akwatiċi meta rebħet ħames midaji tad-deheb, tnejn tal-fidda u ħamsa tal-bronż.
L-għawwiema ta’ 30 sena ngħaqdet mal-Ġermaniża, Angela Maurer, bħala l-uniċi żewġ atleti li rebħu midalja fl-ilma miftuħ f’sitt kampjonati mondjali differenti tal-għawm.
Illum hija ġurnata ta’ mistrieħ f’din id-dxxiplina. Iżda t-tlielaq ikomplu għada l-Erbgħa meta jsiru l-10km tal-irġiel u tan-nisa, u l-Ħamis isiru l-aħħar żewġ tlielaq fiż-żewġ kategorija li huma maratoni ta’ 25km kull waħda.