Saturday, October 26, 2024

Għawm: Domenico Acerenza u Leonie Beck jirbħu l-10km

Aqra wkoll

Wara li t-tellieqa ta’ 25km fl-ilma miftuħ fil-Kampjonati Ewropej tal-Għawm ġiet ik­kanċellata minħabba l-kundizzjonijiet tat-temp, il-klassifiki finali tħassru wkoll minħabba li l-uffiċjali qalu li ma kellhomx dehra tar-rankings finali.

Wara madwar 15-il kilometru, it-tellieqa rat sitwazzjoni konfuża kkawżata minn xi problemi ta’ kommunikazzjoni bejn l-ġudikanti fuq l-art u dawk fuq id-dgħajjes, li xogħolhom kien li jimmonitorjaw it-tmexxija bla xkiel tal-kompetizzjoni u jinteraġixxu direttament mal-għawwiema.

L-għawwiema kienu konxji mill-possibbiltà li t-tellieqa titwaqqaf qabel il-konklużjoni, iżda l-informazzjoni li daħlet ma ppermettietx lill-parteċipanti kollha jkunu konxji tad-deċiżjonijiet meħuda.

Wara diversi sigħat ta’ konfużjoni, bl-atleti issa kollha fuq ix-xatt, u mhux mingħajr kontroversja (speċjalment mit-team Franċiż), il-LEN iddikjarat li t-tellieqa tqieset imħassra minħabba n-nuqqas ta’ ftehim bejn il-ġudikanti.

Sadanittant, it-tlielaq tal-10km li saru s-Sibt raw lit-Taljan, Domenico Acerenza, jirbaħ id-deheb fil-kategorija tal-irġiel f’1:50:33.6, b’warajh jispiċċaw il-Franċiżi Marc-Antoine (1:50:37.3) u Logan Fontaine (1:50:39.1) biex ħadu l-fidda u l-bronż rispettivament.

F’dik tan-nisa kienet il-Ġermaniża, Leonie Beck (2:01:13.4) li rebħet id-deheb bit-Taljana, Ginevra Taddeucci (2:01:15.2) il-fidda u Angelica Andre (2:01:16.4) tal-Portugall il-bronż.

Sport