Aktar Gregorio Paltrinieri, aktar deheb għall- Italja. It-team nazzjonali Taljan ikompli r-rekord tiegħu ta’ midalji fil-Kampjonati Ewropej tal-Għawm billi jżid midalji oħra tad- deheb u tal-fidda fost l-irġiel, u tal-bronż minn nisa.
L-Italja laħqet total ta’ 57 midalja f’Roma 2022, mingħajr ebda rivali fost in-nazzjonijiet l-oħra u tiġbor il-500 midalja b’kollox f’kompetizzjonijiet Ewropej.
Wara jumejn ta’ posponimenti minħabba kundizzjonijiet ħżiena tat-temp fil-baħar f’Ostia, ilbieraħ saret l-ewwel ġurnata ta’ kompetizzjoni bil-5km tal-irġiel u tan-nisa.
Paltrinieri ħareġ minn fuq fl-avveniment tal-irġiel. It-Taljan iddomina mill-bidu u kkmanda l-pass tat- tellieqa, biex temm f’52:13.5 għad-deheb.
Warajh bil-fidda spiċċa sieħbu tat-taħriġ u ħabib, Domenico Acerenza, fil-ħin ta’ 52:14.2 waqt li l-Franċiż Marc Antoine Olivier ħa l-midaja tal-bronż fi 52:20.8. Verament tmiem tal-ħolm meta seba’ sekondi biss firdu lill-ewwel tlieta.
Fl-avveniment tan-nisa, li beda ftit wara l-bidu tal-irġiel, ir-runner-up Olimpika, Sharon Van Rouwendaal, kisbet id-deheb. L-Olandiża għamet b’mod sabiħ, baqgħet fil-grupp billi żammet l-enerġija tagħha u mbagħad sfurzat fit-tielet u l-aħħar dawra biex ħadet l-ewwel deheb tagħha (56:58.7) fil-kampjonati Ewropej f’Ruma.
Warajha kien hemm l-Ispanjola Maria De Valdes Alvarez (57:00.2) bil-Taljana Giulia Gabbrielleschi (57:00.3), li kienet it-tieni sa ftit metri mit-tmiem, kellha tikkuntenta bil-bronż.
Iris Schmidbauer tal-Ġermanja rebħet l-ewwel titlu tal-high diving li qatt sar f’dawn il-kampjonati fl-aħħar ġurnata ta’ qtigħ il- qalb.
L-avveniment beda l- Ħamis bl-ewwel żewġ rounds fejn it-Taljana Elisa Cosetti fetħet vantaġġ żgħir iżda finalment kienet il- Ġermaniża li spiċċat rebbieħa b’total ta’ 309.30 punti.
Fit-tieni post spiċċat l- Ukrena Vyshyvanova (295.40) waqt li Cosetti (284.30) spiċċat bil-midalja tal-bronż.
It-Taljana Chiara Pellacani saret l-ewwel mara li rebħet ħames midalji fil-qbiż meta rebħet it-3m springboard b’total ta’ 318.75 punti bil-fidda tmur għand Michelle Heimberg tal-Isvizzera bi 301.80 u l- bronż għand Yasmin Harper tal-Britannja b’296.20.