Friday, November 22, 2024

Għawm: Il-Franċiż Leon Marchand jirbaħ żewġ midalji tad-deheb oħra

Aqra wkoll

Il-‘Marchand mania’ kompliet fil-pixxina hekk kif niżel fil-pixxina għall-finali tal-200m breaststroke tal-irġiel. Huwa l-aqwa kwalifikatur fir-raba’ lane, biċ-champion difensur Zac Stubblety-Cook tal-Awstralja kien ħdejh fil-ħames lane. Iżda d-detentur tar-rekord tad-dinja, Qin Haiyang, ma kkwalifikax għall-finali.

Il-Franċiż illidja fl-ewwel dawra. U fetaħ vantaġġ konsiderevoli. Stubblety-Cook kien qed iżomm lura.

Marchand illidja bi kważi tul fil-marka tal-100m minn Caspar Corbeau u Stubblety-Cook.

L-Awstraljan kellu bżonn idawwarha malajr iżda Marchand baqa’ għaddej b’mod veloċi. U r-rekord dinji kien mhedded.

Ma deherx li se kien jintlaħaq! Kien super veloċi! Huwa temm doppjetta ta’ 200m butterfly-200m breaststroke f’ħin rekord Olimpiku ta’ 2:05.85. Zac Stubblety-Cook rebaħ il-fidda f’2:06.79. Corbeau ħa l-bronż għall-Olanda f’2:07.90.

Fit-tellieqa l-oħra, Leon Marchand ġie minn wara biex għeleb liċ-champion renjanti, l-Ungeriż Kristof Milak fil-200m butterfly. Il-partitarji bdew ikantaw ‘Allez les Bleus’.

Dan għax keinet il-finali tal-200m butterfly tal-irġiel, li fiha ċ-champion tal-400m IM, Marchand kien fil-ħames lane.

Iżda ħdejh fir-raba’ lane kien hemm l-iktar kwalifikat veloċi, iċ-champion difensur u detentur tar-rekords dinjin, Milak.

Milak ħareġ tassew veloċi fl-ewwel 50m hekk kif Marchand żamm lura. Il-vantaġġ fl-ewwel dritta kien ta’ 0.64 sekondi.

Il-partitarji Franċiżi għamlu minn kollox biex jimbottaw lill-għawwiem tagħhm għar-rebħa. Milak baqa’ quddiem sal-150m, u l-vantaġġ kiber għal 0.72!

Milak ħareġ kmieni wisq. Dan kien notevoli! Marchand rebaħ f’ħin rekord Olimpiku ġdid, 1:51.21, b’Milak deher għajjien bl-isforz tiegħu. Huwa rebaħ il-fidda, f’1:51.75 waqt li Ilya Kharun tal-Kanada kisbet il-bronż f’1:52.80.

Sport