Sunday, December 22, 2024

Għawm: L-Awstraljana Kaylee McKeown iżżomm it-titlu tal-100m backstroke

Aqra wkoll

Ir-reġina tal-100m backstroke tan-nisa tinsab lura. Kaylee McKeown tal-Awstralja ddefen­diet it-titlu tagħha f’Tokjo f’taqtiegħa veloċi u furjuża ma’ Regan Smith.

L-Amerikana kienet ħadet ir-rekord dinji ta’ McKeown ix-xahar li għadda biss, iżda f’Pariġi l-Awstraljana warrbet għal kollox l-isfida lill-avversarja tagħha biex reġgħet affermat id-dominanza tagħha tad-dixxiplina fuq żewġ laps.

Bejniethom, McKeown u Smith għandhom il-15-il ħinijiet l-aktar veloċi fl-istorja tal-100m backstroke. Minn Tokyo, huma nnegozjaw ir-rekord dinji u t-titli mondjali. Iżda f’dan il-konfront, waħda biss setgħet toħroġ rebbieħa.

U din kienet McKeown li temmet f’57.33 sekondi waqt li Smith ħadet il-fidda f’57.66 u l-Amerikana Katharine Berkoff il-bronż f’57.98, filwaqt li l-kompatrijotta ta’ McKeown, Iona Anderson, spiċċat il-ħames post.

Kienet hemm aspettattivi kbar li kienet se tkun tellieqa eċċitanti: il-koppja kienu separati biss b’żewġ mijiet ta’ sekonda fis-semi-finali.

Huma kienu ras imb’ras qabel ma daru għall-lap finali qabel ma McKeown bniet l-attakk qaw­wi tagħha  fl-aħħar metri biex stabbiliet rekord Olimpiku ġdid, u għelbet il-marka tagħha stess mil-Logħob ta’ Tokyo.

McKeown ingħaqdet mal-kollega tad-Dolphins, Ariarne Titmus u l-leġġendarja tal-għawm, Dawn Fraser, bħala l-uniċi nisa Awstraljani li ddefendew il-midalji tad-deheb Olimpiċi individwali tagħhom.

McKeown mistennija tgħum għall-Awstralja fir-relay tan-nisa 4x100m medley u l-mixed medley relay; L-Awstralja hija prospett li tassigura midalji fiż-żewġ relays.

Ekonomija

Sport