Monday, November 4, 2024

Għawm: L-Istati Uniti jtemmu fil-quċċata

Aqra wkoll

Il-Kampjonati tad-Dinja tal-Għawm li ntemmu f’Doha, il-Qatar, raw lill-Amerikani jispiċċaw fil-quċċata tal-lista tal-midalji bi tmienja tad-deheb, sitta tal-fidda u sitta tal-bronż għal total ta’ 20 waqt li ċ-Ċina spiċċaw it-tieni b’7-3-1 (11) u l-Awstralja t-tielet bi 3-9-4 (16).

Il-bravuri mill-għawwiema ma naqsux meta kien hemm bosta li rebħu midalji multipli waqt li kien hemm ukoll pajjiżi li rebħu midalja għall-ewwel darba.

50m BREASTSTROKE NISA

Id-detentur tar-rekord tad- dinja, il-Litwana Ruta Meilutyte, irkuprat mid-diżappunt aktar kmieni fil-ġimgħa u ddefendiet it-titlu dinji tagħha tal-50m breaststroke.

Iċ-Ċiniża Tang Qianting ippressata matul it-tellieqa kollha, iżda Meilutyte kienet determinata biex tpoġġi idejha fuq il-ħajt l-ewwel għall-ewwel midalja tad-deheb tal-Litwanja tal-laqgħa, u b’hekk 18-il pajjiż differenti rebħu d-deheb fil-Pixxina Aspire Dome ta’ Doha.

Meiltutyte waqqfet l-arloġġ fuq 29.40 sekondi waqt li Tang Qianting ħadet il-fidda f’29.51 u t-Taljana Bene­detta Pilato l-bronż fi 30.01.

50m BACKSTROKE IRĠIEL

L-Awstraljan Isaac Cooper rebaħ id-deheb fil-50m backstroke f’24.13 sekondi, 100 biss mir-rekord tal-Oċeanja li għam fis-semi-finali tas-Sibt, li fihom Cooper laqat il-ħabel tal-lane u kienet storja simili f’din il-finali hekk kif kien mal-ħabel għal madwar 40 metru tat-tellieqa.

Xorta waħda, huwa kiseb l-ewwel titlu mondjali tie­għu b’korsa twila bi 2/10 qabel iċ-champion difensur l-Amerikan Hunter Armstrong, li rebaħ ukoll il-100m backstroke aktar kmieni f’din il-laqgħa.

Armstrong mess 0.11-il sekonda qabel fil-ħin ta’ 24.33 waqt li l-Pollakk Ksawery Masiuk ta’ 19-il sena, spiċċa f’24.44.

1,500m FREESTYLE IRĠIEL

Bi prestazzjoni mill-aqwa l-Irlandiż, Daniel Wiffen, rebaħ it-tieni midalja tad-deheb tal-karriera tiegħu b’moda dominanti. Aktar kmieni fil-ġimgħa Wiffen rebaħ it-800m freestyle, u kiseb l-ewwel midalja tal-għawm għall- Irlanda f’dawn il-kampjonati meta mess il-ħajt f’14:34.07 minuti.

It-taqtiegħa għall-fidda kie­­net waħda tensa li marret għand il-Ġermaniż Flo­rian Weebrock b’0.24 sekondi biex rebaħ fil-ħin ta’ 14:44.61 waqt li l-Franċiż David Aubry ħa l-bronż f’14:44.85.

50m FREESTYLE NISA

Sarah Sjostrom ittrijonfat fil-finali tal-50m freestyle tan-nisa, fejn rebħet ir-raba’ titlu tagħha tal-kampjonati dinjin fl-avveniment. Hija wkoll it-tielet waħda konsekuttiva hekk kif rebħet fl-2022 u fl-2023 ukoll.

Hija temmet fi 23.69 sekondi biex ħadet id-deheb, 0.08 sekondi biss mir-rekord dinji li stabbiliet fis-semi-finali tal-2023. Hija torbot ruħha mid-Dinjiet tal-2017 għar-raba’ prestazzjoni veloċi fl-istorja u issa għandha l-aqwa ħames għawmiet.

Kate Douglass kisbet it-tielet midalja individwali tagħha f’dawn il-Kampjonati tad-Dinja. Hija temmet fi 23.91 sekondi, u kisret ir-rekord Amerikan ta’ Simone Manuel waqt li l-Pollakka Kasia Wasick ħadet il-bronż fi 23.95.

400m MEDLEY IND. IRĠIEL

Meta marru għal dawn il-kampjonati, New Zealand ma kellhomx midalja tad-deheb waħda. Issa għandhom tnejn. Sad-dawra finali, Le­wis Clareburt kien għadda lill-Amerikan, Carson Foster, kif għamel Max Litchfield tal-Gran Brittanja.

It-tnejn baqgħu jestendu l-vantaġġ tagħhom fl-aħħar dawra u Clareburt għalaq fl-aqwa 28.28 fl-aħħar 50 metru biex kiseb l-ewwel midalja tad-deheb tiegħu f’4:09.72 minuti.

Il-Britanniku Litchfield ħa l-fidda f’4:10.40 u l-Ġappuniż Daiya Seto għadda lil Foster ukoll fl-aħħar dawra, u kiseb l-aħħar post fuq il-podju bil-midalja tal-bronż f’ħin ta’ 4:12.51.

400m MEDLEY IND. NISA

Niżlet għall-aħħar 10 metri fil-finali tan-nisa 400 IM hekk kif Freya Colbert setgħet biss tgħaddi lil Anastasia Gorbenko, u kisbet it-tieni midalja tad-deheb għall-Gran Brittanja tal-laqgħa. Hija kienet ir-raba’ wara l-breaststroke, iżda għamlet sforz kbir fil-freestyle.

Hija kienet it-tielet fid- dawra finali, imbagħad qasmet 31.31 fuq l-aħħar 50m u messet il-ħajt f’4:37.14 minuti biex għeleb lill-Iżraelita Gorbenko b’0.22 sekonda meta din ħadet il-fidda f’4:37.36 u t-Taljana Sara Franceschi l-bronż f’4:37.86.

4x100m MEDLEY RELAY IRĠIEL

Il-kwartett iffurmat minn Hunter Armstrong, Nic Fink, Zach Harting u Matt King wettqu x-xogħol fir-relay medley tal-irġiel, u kiseb it-tmien midalja tad-deheb għall-Istati Uniti f’dawn il- kampjonati, li tpoġġihom fuq iċ-Ċina fil-lista tal-midalji.

L-Amerikani kienu l-uniku team taħt il-3:30 fl-azzjoni hekk kif l-iskwadra Olandiża żammet lit-Taljani biex reb­­­­­­­­ħet il-fidda, fi 3:31.23 bl-Italja jieħdu l-bronż fi 3:31.59.

4x100m MEDLEY RELAY NISA

Il-team Awstraljan iffurmat minn Iona Anderson, Abbey Harkin, Brianna Throssell u Shayna Jack, warrbu lit-timijiet l-oħra biex rebħu l-4x100m medley relay fil-ħin ta’ 3:55.98 f’tellieqa mill-isbaħ li flim­kien mat-timjiet tal-Isvezja u l-Kanada war­rbu lill-ħames timijiet l-oħra meta d-diffe­renza tal-ħin bej­niethom kienet wieħed ristretta.

Kienu l-Isvezja, iffurmati minn Louise Hansson, Sophie Hansson, Sarah Sjostrom u Michelle Colman, li ħadu l-fidda fi 3:55.35 waqt li dak tal-Kanada kompost minn Ingrid Wilm, Sophie Angus, Rebecca Smith u Taylor Ruck, rebaħ il-bronż fi 3:56.43.

Sport