Friday, November 15, 2024

Għawm: Rekord ieħor minn Sasha Gatt fis-Slovakkja

Aqra wkoll

Wara l-bidu b’suċċess tagħhom fl-iSlovakia Swimming Cup, l-għawwiema Maltin komplew jiksbu wirjiet tajbin u jtejbu l-ħinijiet tagħhom.

Ħdax-il għawwiem ikkwalifikaw ukoll għall-finali ta’ wara nofsinhar.

Il-qofol tat-tieni ġurnata għal Malta kien ir-rekord nazzjonali tax-Short Course miksub fl-avveniment Women 800m Freestyle minn Sasha Gatt li tejbet ir-rekord preċedenti tagħha ta’ 08:48.35.

Gatt kisbet ir-rekord fl-ewwel jum tal-kompetizzjoni bħala split-time fl-1,500m. Il-ħin kien titjib ta’ aktar minn 10 sekondi meta għammet id-distanza f’ħin Short Course National Record ta’ 08:38.74.

Sasha għal darb’oħra kisret ir-rekord tal-iSlovakia Swimming Cup meeting u rebħet il-midalja tad-deheb.

Il-kompetizzjoni tispiċċa nhar il-Ħadd bit-tielet jum ta’ kompetizzjoni.

Ekonomija

Sport