L-għawwiema Maltija Sasha Gatt ġiet eliminata mill-heats tal-1500 freestyle m wara li kklassifikat fl-aħħar post.
Hija tellqet ma’ żewġ għawwiema oħra – Ching Hwee Gan ta’ Singapore li rebħet din il-heat, f’ħin ta’ 16-il minuta u 10.13 sekondi … u ċ-Ċeka Kristel Kobrich li temmet fit-tieni post, f’ħin ta’ 16-il minuta u 27.18 sekondi.
Borg spiċċat fit-tielet post meta rreġistrat ħin ta’ 17-il minuta u 54 sekondi, iżda mbagħad ikklassifiat fl-aħħar post overall minħabba li kien l-agħar ħin mit-tliet itlielaq.
Fil-veritá, huwa riżultat diżappuntanti għal Gatt minħabba li huwa tliet sekondi ‘l bogħod mill-ħin miksub f’Tokyo 2020, li kien ta’ 16-il minuta u 57.47 sekondi.
Il-heats overall intrebħu mill-Amerikana, Katie Ledecky, li kisbet ħin ta’ 15-il minuta u 47.43 sekondi.