Nhar il-Ħadd 29 ta’ Diċembru saret għawma għall-karità li kienet organizzata mill-klabb tal-waterpolo ta’ San Ġiljan.
Din l-attività ttellgħet bil-kollaborazzjoni tal-Kunsill lokali ta’ San Ġiljan.
Preżenti kien hemm ukoll is-Sindku Guido Dalli, il-Kunsillier Carlo Mifsud li kien il-moħħ wara din l-attività, il-kunsillier Gabriel Borg Ferrando, l-Assistent Prinċipal Marilyn Demanuele Cassar u d-Deputat Graham Bencini.
Wara l-għawma, il-lukanda Cavallieri Art Hotel, offriet lil dawk preżenti tè u kafé.
Is-somma li nġabret kienet dik ta’ €1,700, li €1,000 minnhom ngħataw mill-kumpanija Payhound. Dawn il-flus se jitqassmu lill-għaqdiet tal-karità.