Għawwiema li tkellmu mas-sit inewsmalta.com qalu li jinsabu diżgustati għax-xena li sabu quddiem wiċċhom meta marru biex jgħumu l-Ġnejna. Jidher li xi ħadd “irresponsabbli” rema fdalijiet ta’ ħanżir.
Dawk li tkellmu magħna qalulna li minbarra li dan l-att huwa wieħed moqżież, huwa wkoll ta’ deterent għall-iġjene ta’ dawk li jiffrekwentaw il-bajja tal-Ġnejna.