Thursday, December 26, 2024

Għawwiema Maltin ser jikkompetu fis-CIJ Meet 2022 fil-Lussemburgu

Aqra wkoll

Bħala parti mill-preparamenti għal-Logħob tal-Istati Żgħar tal-Ewropa (GSSE) tal-2023 li se jsiru f’Malta, l-ASA flimkien mal-Kowċ Nazzjonali Delon Dannhauser għażlu skwadra ta’ Għawwiema biex jipparteċipaw fis-CIJ Meet 2022 li se issir bejn it-18 u l-20 ta’ Marzu 2022 fil-Lussemburgu.

L-għażla saret fost għawwiema ta’ etajiet varji wara li ġew meqjusa r-riżultati u l-prestazzjonijiet tagħhom matul l-aħħar xhur.

 NeptunesSliemaSirensAquahub
Azzopardi MyaBorg KelseyDavis Jon-PaulMcCleave Nathan
Camenzuli KristinaCachia DylanMallia AndreaMicallef Nirvana
Camilleri AndreCachia NathanSpiteri RudiUmnov Mikhail
Demicoli SarahGalea Matthew  
Micallef AmyGalea Maya  
Valletta MartinaGrech Carr Emily  
Woods ThomasMallia Simon  
 Portelli Michela  
 Stafrace Michael  
 Sullivan Luke  
 Wareing Thomas  

L-Iskwadra titlaq minn Malta fis-17 u tirritorna fil-21 ta’ Marzu. Għawwiema bbażati barra minn Malta se jingħaqdu mal-iskwadra direttament mill-pajjiżi rispettivi tagħhom.

Delon Dannhauser se jkun il-Kowċ Prinċipali u se jkun assistit minn Andrew Pisani bħala fiżjoterapista. Christine Demicoli se tkun preżenti bħala Uffiċjal Kwalifikat tal-FINA biex tassissti fit-tmexxija tul il-Kompetizzjoni, filwaqt li l-Viċi President tal-ASA David Bonello inħatar bħala l-Maniġer tat-tim.

Matul it-tlett ijiem tal-kompetizzjoni l-għawwiema se jkunu qed jieħdu sehem f’total ta’ 90 avvenimenti individwali u 8 avvenimenti relay.

Ekonomija

Sport