Tuesday, October 28, 2025

Għaxaq Boċċi Club jirbħu l-Kampjonat ta’ taħt it-18-il sena

Aqra wkoll

Għaxaq Boċċi Club għaqqdu tmiem il-ġimgħa mill-aqwa fejn wara li rebħu l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni, kisbu suċċess fil-kategorija ta’ taħt it-18-il sena hekk kif għelbu lil Żebbuġ Boċċi Club 21-12.

L-Għaxqin bdew tajjeb fejn stabilixxew vantaġġ tajjeb iżda ż-Żebbuġin dejjem naqqsu l-marġni tal-iskor. L-aħħar parti tal-logħba kienet tal-Għaxqin li ressqu l-boċċi tagħhom qrib il-likk u eventwalment rebħu l-logħba.

Fi tmiem il-konfront, il-president tal-Federazzjoni tal-Boċċi CJ Saliba ippreżenta t-tazza lill-captain ta’ Għaxaq Sneijder Abela li flimkien ma’ Noah Prince Baldacchino kienu qed jikkompetu għat-tim tagħhom. Il-kowċ kien Noel Axiaq.

Min-naħa tagħhom, Ħaż-Żebbuġ kellhom lil Nathan Tabone, Derson Camilleri u Aiden Chetcuti bil-kowċ li kien Joseph Tabone.

Ir-referee kien Redeemer Azzopardi.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport