Monday, October 27, 2025

Għaxaq Boċċi Club jirbħu l-Kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni

Aqra wkoll

Għaxaq Boċċi Club rebħu l-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni organizzat mill-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi wara li għelbu lil St Peter’s Żabbar 21-12.

Kienet finali ferm sabiħa bir-riżultat li għall-bidu beda jalterna minn tim għal ieħor. Fil-fatt wara li Għaxaq stabilixxew vantaġġ ta’ 10-1, waslet ir-rimonta taż-Żabbarin li saħansitra dawru l-iskor għal 11-10.

L-aħħar sforzi ta’ Għaxaq taw il-frott minħabba li kienu preċiżi fit-tefgħat tagħhom u eventwalment poġġew il-boċċi qrib il-likk.

Fi tmiem il-konfront, il-president tal-Federazzjoni Klabbs tal-Boċċi CJ Saliba ippreżenta t-tazza tal-Ewwel Diviżjoni lill-captain ta’ Għaxaq Noel Axiaq.

Għaxaq lagħbu b’Noel Axiaq, Damien Grima, Michael Buhagiar, Emmanuel Spiteri, Charles Calafato u Matthew Mizzi.

St Peter’s Żabbar kellhom lil Conrad Borg, Owen Bezzina, Mario Galea, Leli Brignoli, Cameron Massa u Randolf Randic.

Referee kien Mario Enriquez.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport