Sunday, December 22, 2024

Għaxar Assoċjazzjonijiet Membri fi ħdan l-MFA jingħaqdu għal għan nobbli

Aqra wkoll

Il-Malta FA Member Associations Standing Committee bi pjaċir iħabbar li ser ikun qiegħed jorganizza 7-a-side football tournament b’risq Step Up For Parkinson’s Voluntary Organisation nhar is-Sibt 11 ta’ Novembru 2023 bejn is-13:00 u l-17:00 fis-Centenary Stadium, Ta’ Qali.

It-tmien assoċjazzjonijiet membri fi hdan l-MFA parteċipi fil-logħob inqasmu f’żewġ gruppi permezz tal-polza. Grupp A jikkonsisti mit-timijiet tal-iSWAN, ISA, MAFA u Masters, filwaqt li Grupp B huwa magħmul mit-timijiet tal-GIDA, IASC, MFPA u Veterans.

L-ewwel żewġ timijiet minn kull grupp jgħaddu għas-semi-finali. Minbarra trofew għaż-żewġ finalisti mogħtija minn Step Up For Parkinson’s, id-ditta tat-Trofej Sports Experience ser tkun qiegħda tisponsorja trofew li tinżamm mir-rebbieħa għal sena.

Kemm l-assoċjazzjonijiet membri kif ukoll il-plejers parteċipi ser iħallsu l-kontribuzzjoni tagħhom, filwaqt li l-MFCA u l-MESA ser ikunu qegħdin jagħtu d-donazzjoni tagħhom huma wkoll u jifformaw parti mill-kumitat organizzattiv ta’ din l-ewwel edizzjoni ta’ dan it-tournament.

Ħajr lid-Dipartiment tar-Refereeing tal-MFA li ser ikun qiegħed jipprovdi s-servizzi ta’ referees kwalifikati mingħajr ħlas.

Ekonomija

Sport