Saturday, September 14, 2024

Għaxar kowċis Taljani jmexxu timijiet nazzjonali

Aqra wkoll

Osservazzjoni li għamlet il-media Taljana tgħid li wara l-ħatra tal-kowċ tat-Turkija Vincenzo Montella, issa huma għaxra l-kowċis li qed imexxu xi tim nazzjonali.

Fil-fatt, Roberto Mancini jmexxi lill-Arabja Sawdija, Francesco Calzona jinsab fil-kariga ta’ kowċ tas-Slovakkja, Domenico Tedesco tal-Belġju, Marco Rossi tal-Ungerija, Francesco Moriero tal-Maldives, Vincenzo Alberto Annese tan-Nepal, Guglierlmo Arena tal-Laos u l-magħruf Michele Marcolini li beda jmexxi lit-tim nazzjonali Malti.

L-istess media sostniet li l-iskola Taljana hi mfittxija madwar id-dinja u xhieda ta’ dan hu għax il-federazzjonijiet qed jagħżlu kowċis Taljani.

Ekonomija

Sport