Tuesday, April 7, 2026

Għaxar persuni nqatlu fi ġlied bejn il-Ħamas u l-milizzja Iżraeljana f’Gaża

Aqra wkoll

Minkejja li għadu jseħħ il-pjan ta’ paċi f’Gaża, uffiċjalment il-Pjan Komprensiv biex jintemm il-kunflitt f’Gaża f’Ottubru li għadda, mill-inqas 10 Palestinjani ġew dikjarati li nqatlu f’attakki mill-ajru Iżraeljani u ġlied bejn Hamas u milizzja Palestinjana appoġġjata minn Iżrael fiċ-ċentru ta’ Gaza.

L-attakki allegatament immiraw lejn uffiċjali tas-sigurtà ta’ Hamas li kienu ħabtu għal membri tal-milizzja fil-Lvant tal-kamp tar-refuġjati ta’ Maghazi. Mhuwiex ċar kemm minn dawn mietu fl-attakki jew fil-ġlied fuq l-art.

Kelliem għall-isptar al-Aqsa f’Deir al-Balah iżda kkonferma li kienu ddaħħlu għaxar katavri ta’ persuni filwaqt li għexieren ta’ nies oħra ndarbu b’xi wħud minnhom f’kundizzjoni kritika. 

Is-sekwenza eżatta ta’ kif ġraw l-avvenimenti ta nhar it-Tnejn għadha mhix ċara tant li s’issa għad ma kien hemm l-ebda kumment immedjat la mill-militar Iżraeljan u lanqas minn Hamas.

Madankollu, persuni li raw x’kien qed jiġri qalu li membri tal-milizzja appoġġjata minn Iżrael waqqfu checkpoint fil-Lvant ta’ Maghazi, fejn ġew attakkati minn persuni tas-sigurtà tal-Ħamas, u dan wassal għall-ġlied li nqala’.

Ix-xhieda żiedu jgħidu li drones Iżraeljani intervjenew biex jappoġġjaw il-milizzja, billi wettqu attakki fuq il-membri tal-Ħamas fi tliet postijiet.

Iżrael u l-Ħamas jakkużaw lil xulxin ripetutament li kisru l-waqfien mill-ġlied li qablu dwaru kważi sitt xhur ilu. Mill-inqas 723 Palestinjan inqatlu f’Gaża f’attakki Iżraeljani minn dakinhar ’l hawn, skont il-ministeru tas-saħħa tat-territorju mmexxi mill-Ħamas.

Il-militar Iżraeljan qal li ħamsa mis-suldati tiegħu nqatlu f’attakki minn gruppi Palestinjani matul l-istess perjodu.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport