Raġel li stupra żewġ nisa waqt li kienu reqdin ingħata sentenza ta’ 10 snin ħabs. Ir-raġel, Jonathan Moroney, ta’ 39 sena, wettaq dawn ir-reati tiegħu fi proprjetà f’Portlethen, Aberdeenshire, bejn l-2012 u l-2023.
Minkejja li kien allega li l-vittmi kkonfoffaw kontrih, huwa nstab ħati minn ġuri fil-Qorti Suprema f’Glasgow. L-imħallef li ddeċieda l-każ, Lord Renucci, impona wkoll sentenza estiża ta’ 13-il sena, li tfisser li Moroney se jibqa’ jkun sorveljat anki wara li jinħeles mill-ħabs.
L-akkużi kienu jgħidu li Moroney, minn Aberdeen, attakka lill-ewwel mara f’diversi okkażjonijiet, inkluż li stupraha u wettaq aggressjoni fuqha. It-tieni mara ġiet stuprata u aggredita wkoll.
L-Imħallef Renucci ġġustifika l-għoti u l-implimentata tas-sentenza billi qal li din ingħatat biex tipproteġi lin-nisa.
Min-naħa tiegħu, Ian Duguid, l-Avukat li kien qed jiddefendi lil Moroney sostna fil-Qorti li l-pożizzjoni tal-akkużat ma nbidlitx u xorta baqa’ jsostni li ż-żewġ nisa kkonfoffaw kontrih.

