Mara ta’ 45 sena residenti Imsida kienet ikkundannata għaxar xhur ħabs u mmultata €1,500 wara li nstabet xi droga fil-kċina tad-dar tagħha.
Fil-Qorti, il-Prosekuzzjoni mmexxija mill-Ispettur Pierre Grech spjegat li l-każ seħħ f’Marzu ta’ 14 -il sena ilu u li l-akkużata kellha fil-pussess droga tat-tip kokaina u kannabis.
Ingħad li bħala parti miill-investigazzjoni, il-Pulzija wettqet rejd fid-dar tal-akkużata, fejn minn hemm irriżulta lii fs-sieq tal-għamara instabu diversi boroż tal-plastik bi droga tat-tip kannabis u kokaina.
Mal-Pulizija, l-akkużata spjegat li d-droga kienet intiża għal l-użu personali, għalkemm żiedet li ġieli kienet tbigħha biex tmantni l-vizzju.
Il-Maġistrat Elaine Rizzo li mexxiet l-każ, sabet lill-akkużata ħatja ta’ pussess ta’ droga kokaina. Meta ġiet biex tagħti l-piena qieset li hija kienet diġà ġiet ikkundannata dwar każ ieħor relatat mad-droga u kkundannatha 10 xhur ħabs u €1,500 muta.