Saturday, January 4, 2025

Għaxra jinqatlu u 35 persuna jisfaw midruba wara li raġel saq fuq in-nies fi New Orleans

Aqra wkoll

Għaxar persuni nqatlu u 35 oħra sfaw midruba wara li raġel saq għal fuq in-nies fi New Orleans, l-Istati Uniti, fl-Ewwel tas-Sena.

Kien għall-ħabta tat-3.15 a.m. (ħin lokali) meta vann misjuq b’veloċità kbira baqa’ dieħel fuq folla nies li kienu miġbura f’Bourbon Street fejn allegatament ġew ukoll sparati xi tiri mill-karozza fid-direzzjoni tal-pulizija.

Is-Supretendent ta’ New Orleans Anne Kirkpatrick qalet li s-suspettat wera “imġiba intenzjonata ħafna” tant li pprova jtajjar kemm jiflaħ nies. Tenniet li dan il-persuna kien “determinat” li jwettaq il-ħsara li għamel.

L-FBI bdiet tinvestiga dan il-każ, fejn aktar tard ġie rrapportat li nstab ukoll apparat splussiv fuq il-post.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport