“Għażiża Miriana, Emmint fik mill-bidu. Saħansitra kont inti il-kantanta li għażilt sentejn ilu għall-gender reveal tat-tarbija tiegħi. Il-personalità tiegħek li llum kulħadd jitkellem dwarha rajtha b’ghajnejja kif sirt nafek u malli smajtek tkanta ghall-ewwel darba”
Dan iddikjaratu l-Membru Parlamentari Laburista Rosianne Cutajar permezz ta’ messaġġ fuq Facebook, fejn irrimarkat li tinsab kburija bil-karattru sod ta’ Miriana u bil-kapacita’ tagħha li ddawwar il-kritika li tirċievi f’enerġija biex tilħaq il-potenzjal kollu.
Cutajar qalet ukoll; “Irnexxielek tirbaħ fuq kull min prova jsammrek ‘l isfel, rebħa għall-identità tiegħek u ta’ ħafna li jgħixu l-istorja tiegħek. Ħloqt stil u trend. Li eluf madwar id-dinja diġà jkantaw ma’ Serving hi turija ta’ kemm inti artista kompluta. Illejla konvinta li se kompli tagħmilna kburin. Forza Miriana… Malta warajk”