“Għejdlu iva lil Mulej.” Hekk stqarr Fr Tony ftit tas-sigħat qabel tibda l-maratona ġbir ta’ fondi b’risq Dar Bjorn. Fr Tony illum il-ġurnata hu wieħed mir-residenti tal-istess dar.
Is-saċerdot li kien ikun imfittex ħafna għal omeliji tiegħu qal li l-mirakli jsiru u l-Mulej ikun qed jistenna jistenna lilek iva.
Filwaqt li jappella lil kulħadd biex għada jagħti d-donazzjoni tiegħu b’risq Dar Bjorn, qal li l-miraklu huwa int u jien u aħna lkoll li qed nagħmlu dan il-ġid kollu permezz Tiegħu.
Fr Tony temm il-messaġġ tiegħu fejn ħeġġeġ lil kulħadd biex iħalli lil Mulej jużana.