Iċ-Ċentru għall-Iskart Goff ta’ Ħal Far se jkun magħluq mil-lum — it-Tlieta 26 ta’ April, sa nhar it-Tlieta li ġej, it-3 ta’ Mejju. Dan minħabba li bħalissa qed isiru xi xogħlijiet.
Dan iċ-Ċentru jerġa’ jiftaħ nhar l-Erbgħa tal-ġimgħa d-dieħla, l-4 ta’ Mejju.
Sadanittant, f’każ li tirrikjedi s-servizz taċ-Ċentru għall-Iskart Goff, inti tista’ żżur l-eqreb ċentru f’Ħal Luqa jew kwalunkwe ċentru ieħor tal-għażla tiegħek.
Għal aktar informazzjoni dwar il-lokalitajiet ta’ dawn iċ-ċentri, il-ħinjiet tal-ftuħ u informazzjoni dwar l-iskart goff, tista’ żżur is-sit https://www.wsm.com.mt/mt/ca-sites