M’hemm ebda dubju li l-Covid19 għamlet ħerba fost l-anzjani. Bulettini sħaħ minn madwar id-dinja kollha iħabbrulna imwiet ta’ anzjan u persuni oħra. F’pajjiżna ukoll tali bulettini iħabbrulna imwiet ta’ anzjani li sfortunatament qed iseħħu fostna. Minkejja dan ma jonqsux stejjer pożittivi. Ta’ anzjani li allavolja f’età kbira jirnexxielhom jegħlbu l-Covid19.
Smajna fl-aħħar xhur bi stejjer ta’ anzjani li kienu baqgħu ħajjin mill-pandemija tas-sena 1918 u li rnexxielhom ukoll jegħlbu l-Covid19. Kien hemm xi wħud li għaddew dik il-pandemija, iżda tilfu l-ġlieda mal-Covid19.
Biss dak li għaddiet minnu Angelina Friedman hu uniku. Anzjana li għandha 102 snin. Kienet għadha tarbija meta fis-sena 1918 seħħet il-pandemija. Kienet imxija li ħalliet katastrofi sħiħ iżda hi irnexxielha tgħix.
F’ħajjitha hi irnexxielha ukoll tegħleb il-marda qerrieda tal-kanċer, is-Sepsis, u f’April li għadda kienet ħadet il-Covid19 u fieqet minnu. Dan ma kienx biżżejjed. Kien proprju fl-aħħar ġimgħat li sar magħruf li din il-mara reġgħet spiċċat infettata bil-virus tal-Covid19. Kien hemm tħassib dwar x’se jiġri iżda hi issorprendiet lil kulħadd u rnexxielha tirbaħ lill-Covidċ9 għat-tieni darba.
L-anzjana qiegħda rikoverata f’North Westchester Restorative Therapy and Nursing Center fi New York.
Friedman mardet l-ewwel darba bil-Covid19 f’Marzu li għadda meta hi kienet fi sptar għal proċedura medika minuri. Hi kienet spiċċat għamlet ġimgħa l-isġtar qabel irritornat fid-dar fejn tinsab rikoverata u għamlet żmien kwarantina. Kien ikollha deni għal xi jiem u imbagħad jitlaq imma mbagħad jerġa’ jkollha. Finalment ittestjat negattiva lejn nofs April.
Kien imbagħad f’Ottubru li għadda meta Angelina reġgħet spiċċat pożittiva. Hi reġgħet kellha d-deni, u sogħla. Bdew jaħsbu ukoll li mal-Covid19 seta’ kellha l-influwenza.
Immedjatament f’din id-dar ittieħdu l-miżuri kollha ta’ prekawzjoni fejn għadd ta’ residenti spiċċaw f’iżolament. Angelina spiċċat ukoll fi kwarantina.
Twieldet fuq bastiment li kien qed iġorr immigranti Taljani lejn New York … ommha mietet waqt it-tqala
Angelina twieldet fis-sena 1918 abbord bastiment li kien qed iġorr immigranti mill-Italja lejn l-Istati Uniti. Mhux magħruf jekk hi kinitx mardet f’dik il-pandemija, iżda ommha mietet eżatt waqt li qed twelled. Angelina kienet mgħejjuna minn ħutha sakemm finalment ingħaqdu ma’ missierhom li kien diġa qed jgħix fi Brooklyn New York.
Hi spiċċat iġġieldet il-marda tal-kanċer fl-istess żmien li r-raġel tagħha ukoll marad b’din il-marda qerrieda. Hu miet iżda hi spiċċat baqgħet ħajja u għelbet il-kancer.