Minn tal-inqas 25 persuna tilfu ħajjithom f’għargħar u valangi li laqtu bliet fil-Filippini kawża tat-Tempesta Tropikali Megi. Fl-aħħar sigħat il-ħaddiema tas-salvataġġ kienu għadhom għaddejjin b’ħidma intensiva bil-għan li jsalvaw kemm jista’ jkun nies li għadhom maqbudin fil-kosti tan-Nofsinhar u l-Lvant tal-pajjiż. Megi – li lokalment hija magħrufa bħala Agaton – laqtet lill-arċipelagu nhar il-Ħadd li għadda b’riħ ta’ 65 kilometru fis-siegħa.
Din kienet l-ewwel maltempata tax-xorta tagħha għal din is-sena, fejn tipikament il-Filippini jesperjenza 20 maltempata kull sena. B’kollox kien hemm iktar minn 13,000 persuna li tkellhom jerħulha lejn xelters f’żoni iktar elevati tal-pajjiż biex b’hekk jeħilsu mill-qilla li bdiet taħkem liż-żoni kostali. Ix-xita u r-riħ kkawżaw ħsarat estensivi fis-sistema tal-elettriku kif ukoll għarrqu għadd ta’ djar u għelieqi filwaqt li ħolqu numru ta’ valangi ta’
tajn.
Waħda mill-iktar żoni affettwati kienet il-provinċja ta’ Leyte fejn s’issa ġew irkuprati 22 katavru li sfortunatament instabu qalb it-tajn. Din il-maltempata laqtet erba’ xhur biss wara is-Super Tifun Rai li kien ħalla ħsarat estensivi fix-Xlokk tal-pajjiż. Dakinhar 375 persuna kienu tilfu ħajjithom filwaqt li ġew affettwati xejn inqas minn nofs miljun persu-
na.
Ix-xjentisti huma tal-fehma li t-tibdil fil-klima li qiegħed iseħħ kważa tal-intervent uman qiegħed iwassal biex maltempati bħal dawn iżidu fl-intensità u s-saħħa tagħhom.