Għexieren ta’ priġunieri tilfu ħajjithom u oħrajn sofrew ġrieħi hekk kif ipprovaw jaħabru minn ħabs ġewwa l-Kolumbja. Kelliemi tal-ħabs INPEC qal ma’ midja internazzjonali li minn tal-inqas 49 priġunier tilfu ħajjithom u dan hekk kif waqt li kienu qed jipprovaw jaħabru żvolġew xi nirien.
Skont midja tal-lokal, diversi priġunieri pprovaw jaħabru waqt li qam irvell f’dan il-ħabs. Waqt l-irvell għadd ta’ saqqijiet ingħataw in-nar u dan wassal għall-mewt ta’ numru ta’ priġunieri. Uffiċjali tal-pajjiż qalu li mhux eskluż li n-numru ta’ mejtin ikompli jiżdied.
Il-President uxxenti tal-Kolumbja, Iván Duque, ikkonferma din it-traġedja fuq twitter iżda ma ta l-ebda dettalji oħrajn.