Thursday, May 22, 2025

“Għidli  kif konna nkunu kieku l-proġetti infrastrutturali ma jsirux ?”

-Il-Minsitru Chris Bonett waqt il-konferenza MIM Urban Malta

Aqra wkoll

“Għidli kif konna nkunu kieku l-progetti ma jsiru. Is-suġġett tal-infrrastruttura jġib miegħu aspetti u opinjonijiet differenti. Illum il-proġetti infrastrutturali qegħdin hemm biex jaġġornaw l-infrastruttura kritika tal-pajjiż”

Dan iddikjarah il-Ministru għat-Trasport, l-Infrastruttura u x-Xogħlijiet Pubbliċi Chris Bonett waqt konferenza li qed issir dalgħodu mill-MIM u li ġġib l-isem ta’ Urban Malta. 

Il-Ministru tat-Trasport irrimarka li l-proġetti infrastrutturali qed isiru biex Malta ssir iktar moderna. Semma’ fost l-oħrajn il-fatt li bħalissa għaddej il-proġett tal-Imsida li skont sfortunatament man-nies  ġie labelled bħala flyover. 

Qal ukoll li Vjal Kulħadd huwa proġett massiv li mhux kulħadd isemmi. Enfasizza ; “rajt illi jekk ċertu passi fit-toroq tagħna ma ttieħdux, min jaf kemm qegħdin agħar bħalissa”.

Tenna li meta pajjiż ikollu ekonomija li miexi tajjeb, bħal ma huwa pajjiżna, in-numru ta’ karozzi ovvjament se jiżdied. 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport