Aġġornat: Il-Pulizija fi stqarrija qalu li Aldiar Sarmiento Rojas m’għadux imfittex mill-pulizija.
Huma jirringrazzja lill-pubbliku għal koperazzjoni li dejjem urew.
Aktar kmieni: Aldiar Sarmiento Rojas qed jiġi mfittex mill-Pulizija b’rabta ma’ każ pendenti li hemm għaddej fil-Qorti.
Fi stqarrija maħruġa mill-Pulizija huma ħeġġew lill-pubbliku sabiex kull min għandu kwalunkwe tip ta’ informazzjoni dwar dan ir-raġel jikkuntattja lill-Pulizija permezz ta’ Messenger, jew iċempel, anke b’mod anonimu, fuq in-numri tal-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija 21 224001 / 119 jew fl-eqreb Għassa tal-Pulizija u jiġi kwotat in-numru 15/2023.