Thursday, November 14, 2024

“Għinni, għinni” – l-aħħar kliem ta’ Bernice Cassar

Allegatament taha xebgħa qabel ma qatilha

Aqra wkoll

Hekk kif kulħadd għadu qed jistenna jekk l-allegat aggressur hux se jċedi f’idejn il-pulizija, qed jirriżulta li qabel ma qatel lil Bernice Cassar ta’ 40 sena, is-suspettat taha xebgħa.

Kien fl-istess post fejn sorsi qrib l-investigaturi qalu lil dan is-sit li qabel ma spara l-ewwel tir, is-suspettat li wettaq dan il-qtil resaq lejn martu u taha xebgħa.

Jidher li fuq il-post kien hemm raġel li pprova jassisti lill-vittma wara li rnexxielha toħroġ mill-karozza. Dan ir-raġel ta informazzjoni importanti lill-pulizija dwar kif ġraw il-fatti.

Minn dak li żvelaw sorsi qrib l-investigaturi, Bernice hekk kif ħarġet mill-karozza bdiet tgħajat “għinni għinni”. Ir-raġel li nserta fuq il-post jidher li pprova jagħmel dak kollu posibbli biex jgħin lill-vittma, iżda żewġha kellu arma tan-nar ikkargata f’idu u qallu “dabbar rasek ‘l hemm”

L-investigaturi qalu lil dan is-sit li fl-aħħar ġimgħat il-mara telqet biż-żewġ uliedha mid-dar tagħhom fil-Qrendi u marru jgħixu Ħaż-Żebbuġ. Jirriżulta li l-argumenti bejn il-koppja ilhom għaddejjin żmien.

Ekonomija

Sport