Fuq il-paġna ta’ Facebook, il-kumpanija Forestals tellgħet post dwar raġel li daħal jisraq mill-ħanut tagħhom.
Forestals qed jitolbu l-għajnuna tal-pubbliku biex jinqabad dan ir-raġel wara li lbieraħ għall-ħabta tal-5:00 p.m. daħal fil-ħanut tagħhom fl-Imrieħel u seraq smartwatch tad-ditta Samsung.
Huma ħeġġew lill-pubbliku biex min ikollu xi informazzjoni jmur l-Għassa tal-Pulizija ta’ Ħal Qormi jew inkella jagħmel kuntatt dirett mal-kumpanija permezz ta’ messaġġ privat sabiex eventwalment ir-raġel li għamel dan ir-reat jinqabad u jiġi arrestat. Forestals qed toffri voucher ta’ €100 lill-ewwel persuna li tgħaddi xi informazzjoni dwar dan ir-raġel.
Ir-ritratt t’hawn taħt huwa wieħed minn sensiela ta’ ritratti li ppubblikat il-kumpanija Forestals, flimkien ma’ xi filmati li tieħdu mis-CCTV’s sabiex jagħmluha iżjed faċli li jinqabad dan ir-raġel.