Sunday, December 22, 2024

Għomru l-ħabs talli qatel u kiel persuna wara s-sess

Aqra wkoll

Qorti Ġermaniża kkundannat ex-għalliem għal għomru l-ħabs talli qatel raġel li ltaqa’ miegħu fuq sit ta’ dating online u li profana ġisem il-vittma.

L-imħallef f’Qorti f’Berlin qal li l-ex-għalliem, Stefan R, ta’ 42 sena, kien qatel lill-inġinier elettriku biex “iwettaq il-fantasiji tiegħu ta’ kannibaliżmu”.

L-eks għalliem kien arrestat f’Novembru tal-2020 meta xi wħud mill-għadam tal-vittma nstabu minn nies għaddejjin f’park fit-Tramuntana ta’ Berlin.

Omm il-vittma ta’ 43 sena kienet irrapportatu nieqes ġimgħat qabel.

Iż-żewġt irġiel kienu rranġaw biex jiltaqgħu għas-sess fl-appartament ta’ Stefan R fid-distrett ta’ Pankow, fejn il-qattiel kien jgħallem il-matematika fi skola privata. Il-midja ta’ Berlin qalet li kien sejjaħ lilu nnifsu CanOpener79 fuq il-forum tad-dating.

Il-qattiel qabel kien żar chatrooms online fejn in-nies iddiskutew il-kannibaliżmu. L-investigaturi qalu li l-vittma tiegħu kienet mietet sigħat wara li ltaqgħu u fit-tfittxija tagħhom fil-flat tiegħu sabu serru tal-għadam u sikkina tal-biċċier.

Waqt il-ġuri Stefan R qal lill-Qorti li kien sab lir-raġel mejjet fis-salott tiegħu filgħodu wara li għamlu s-sess u f’paniku ddeċieda li jiddisponi minn ġismu.

Ekonomija

Sport