Saturday, November 23, 2024

Għomru l-ħabs wara li nstab ħati li qatel lis-sieħba Maria Lourdes

Aqra wkoll

L-Imħallef Aaron Bugeja kkundanna lil Micheal Emmanuel ta’ 33 sena mill-Kosta tal-Avorju għal għomru l-ħabs wara li nstab ħati li qatel lis-sieħba tiegħu Maria Lourdes Agius bi tmien voti kontra wieħed. Il-ġurati daħlu jiddeliberaw wara li l-Imħallef Aaron Bugeja kkonkluda l-indirizz tiegħu.

Michael Emmanuel kien qed jiġi mixli li qatet lill-mara fil-15 ta’ Settembru 2018 fid-dar li kienu jgħixu fiha f’Raħal Ġdid. Il-vittma kienet omm ta’ sebat itfal bi tnejn minnhom ikunu tal-istess akkużat.

Agius, li dak iż-żmien kellha 35 sena, kienet instabet mejta fil-kamra tas-sodda u mill-awtopsja kien rriżulta li kienet ġiet fgata. 

Il-prosekuzzjoni f’dan il-ġuri tmexxiet mill-Avukati Francesa Spiteri u Anthony Vella mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali waqt li l-Avukat Simon Micallef Stafrace deher għall-akkużat.

Sport