Filippo Turetta ġie kkundannat għomru l-ħabs fl-Italja wara li nstab ħati li kien qatel lil Giulia Cecchettin.
L-avukat tal-familja ta’ Giulia Cecchettin qal li wara li ngħatat is-sentenza, il-vittma tfakkret barra l-bini tal-qorti fejn il-familja nsistew li se jagħmlu dak kollu posibbli biex Giulia ma tkunx mietet għal xejn.
Qalu li nies bħal Turetta m’għandhom ikun qatt fis-soċjetà għax li tasal biex toqtol mara hija xi ħaġa kbira ħafna.

