L-attakkant ta’ Napoli, Giacomo Raspadori, kien qed jilgħab it-tielet darba fil-kompetizzjonni tant prestiġġjuża tal-UEFA Champions League filwaqt li skorja wieħed mill-gowls li għenu i Partenopei jirbħu lil Ajax Amsterdam.
B’dan il-gowl li hu skorja, Raspadori laħaq lil Alessandro del Piero u Fabrizio Ravanelli li fil-passat lagħbu f’din il-kompetizzjoni u skorjaw fit-tielet dehra tagħhom.
Ħafna kritiċi tal-futbol Taljan qed jitkellmu dwar dan il-plejer li għandu talenti mill-aqwa u qed jingħad li se jkun wieħed mill-protagonisti anke mat-tim nazzjonali Taljan fiż-żmien li ġej.
Raspadori ngħaqad ma’ Napoli b’self mingħand Sassuolo u s’issa lagħab seba’ partiti u skorja gowl wieħed biss.