Gianluca Vialli rriżenja mill-irwol tiegħu mat-team nazzjonali tal-Italja b’effett immedjat biex jiffoka fuq it-tieni battalja tiegħu mal-kanċer.
L-eks attakkant ta’ Sampdoria u Chelsea ġie djanjostikat b’kanċer tal-frixa fl-2017 qabel ma żvela li f’Novembru tas-sena ta’ wara kien irċieva aħbarijiet tajbin li fieq minnu.
Iżda wara li fl-2021 qalilhom li l-kanċer reġa’ tfaċċa, Vialli kkonferma li qed jirriżenja temporanjament bħala team manager tal-Italja minħabba raġunijiet ta’ saħħa.
“Wara perjodu ta’ riflessjoni kif ukoll laqgħat mal-onkoloġisti, ddeċidejt li nirriżenja mill-irwol tiegħi mat-team nazzjonali … li nittama b’mod temporanju,” qal Vialli.