‘Minn Gigi għal Gigi’.
Dan kien it-titlu ta’ xi wħud mill-ġurnali Taljani hekk kif Gianluigi Buffon inħatar bħala l-kap tad-delegazzjoni tat-tim nazzjonali Taljan. Il-predeċessur tiegħu kien Gigi Riva li ilu għal dawn l-aħħar snin f’din il-kariga.
Diversi ġurnali Taljani qalu kif Buffon, li rtira mill-futbol milgħub il-ġimgħa l-oħra, hu l-persuna ideali għal dan it-tip ta’ rwol.
Min-naħa tiegħu, l-eks gowlkiper ta’ Juventus, Parma u Paris St Germain qal li hu onorat li ntgħażel għal din il-kariga.